It-trasferiment tal-midfielder internazzjonali Franċiż ta’ Juventus, Adrien Rabiot, ma’ Manchester United, sfaxxa għal kollox wara li kollox kien jinsab lest biex imur għat-test mediku.
Wara li ż-żewġ clubs laħqu ftehim ta’ €17-il miljun, il-player ried salarju eċċessiv li r-Red Devils ma kienux lesti li jħallsu.
Min-naħa tagħhom, il-Bianconeri qed jagħmlu dak kollu fil-poter tagħhom biex jeħilsu minn dan il-player ta’ 27 sena minħabba li l-kuntratt tiegħu jintemm f’Ġunju li ġej.