Sunday, December 28, 2025

Jisfidaw fi Brescia… “il-faxxiżmu hu att  kriminali”

Aqra wkoll

Eluf ta’ presuni sfidaw lill-Gvern Taljan u ordni tal-Pulizija Taljana u niżlu fit-toroq ta’ Brescia jipprotestaw kontra il-Faxxiżmu u gruppi faxxisti, li fl-aħħar snin rajnihom jerfgħu rashom u anke jinżlu fit-toroq f’għadd ta’ pajjiżi inkluż fl-Italja. 

Fi Brescia, diversi gruppi bħal Magazzino 47, Onda Studentesca, u l-Assemblea Anti Faxxista organizzaw manifestazzjonijiet fit-toroq. Huma għamlu dan bi sfida għal ordni li nħarġet mill-Pulizija Taljana li ma tippermettix kemm lil dawk ta’ kontra l-faxxiżmu kif ukoll lil gruppi faxxisti milli jagħmlu mobilizazzjonijiet u mixjiet madwar it-toroq. Il-Pulizija qalet li hi waslet għal din id-deċiżjoni biex ma jkunx hemm tensjonijiet u ġlied fit-toroq.

Kelliem għall-Assemblea Anti Faxxista, Dino Greco iddikjara li “l-Pulizija qegħdin jgħidu li qegħdin jagħmlu dawn ir-restrizzjonijiet biex jevitaw li jkun hemm tensjonijeiet u skontri bejn ideoloġiji differenti. Jien nistaqsi – il-Kostituzzjoni tagħna għadha valida?  

Il-Faxxiżmu hu att kriminali u mhux idea”.

Gabriele Bernardi minn Magazzino 47, iddikjara li “se nkomplu niġġieldu fuq id-dritt li nipprotestaw fit-toroq u fiċ-ċentru tal-ibliet. Ma nistgħux niġu rikattati minn gruppi neo faxxisti u naċċettaw sitwazzjoni ta’ paraguni inaċċettabbli.  Se nibqgħu inkunu fit-toroq u fil-pjazez. Aħna mhux se nfittxu konfrontazzjoni.” 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport