Saturday, December 21, 2024

L-awtoritajiet tas-saħħa jiskoraġġixxu l-użu ta’ visors mingħajr maskri

Aqra wkoll

Fl-aħħar sett ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, l-awtoritajiet tas-saħħa qed jisħqu li wieħed m’għandux jilbes visors sakemm ma jilbisx ukoll maskri. Dan minħabba n-nuqqas ta’ evidenza li l-visors huma effettivi biex jikkontrollaw t-trasmissjoni tal-virus permezz ta’ qtar.

Ir-rakkomandazzjoni saret f’dokument maħruġ mis-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika qabel l-ilbies tal-maskra jsir mandatorju nhar is-Sibt li ġej.

L-awtoritajiet tas-saħħa sa riċentement kienu jtennu li maskra jew visor jistgħu jintlibsu. Madankollu rapporti xjentifiċi kienu jindikaw li l-visors mhumiex effettivi.

“Ladarba għad m’għandniex evidenza li l-visors huma effettivi daqs il-maskri, nirrakkomandaw li l-maskri preferibbilment għandhom jintużaw minflok, jew flimkien, mal-visors. Dan filwaqt li niskoraġġixxu l-użu tal-visors waħedhom. Madankollu f’ċerti sitwazzjonijiet fejn maskra ma tkunx prattika, jew ma tkunx tista’ tiġi ttollerata, il-visors ikunu jistgħu jintlibsu bħala alternattiva,” tenna l-uffiċċju għas-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika.

Minn nhar is-Sibt li ġej kull min jinstab bla maskra se jkun immultat €100. Jekk il-multa titħallas dak il-ħin, allura l-multa tonqos għal €50.

Ekonomija

Sport