Thursday, October 10, 2024

Jispara lejn ħaddiem f’ħanut wara li talbu jilbes il-maskra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel minn Pennsylvania spara lejn ħaddiem wara li dan talbu jilbes il-maskra.

Adam Zaborowski kien dieħel f’ħanut li jbiegħ is-sigaretti meta ntalab biex jilbes il-maskra tal-wiċċ. Il-ħaddiem fil-ħanut insista li Zaborowski kellu jilbes il-maskra. Zaborowski allegatament seraq żewġ sigaretti u meta l-ħaddiem ħareġ warajh spiċċa fil-mira tiegħu u allegatament sofra xi ġrieħi.

L-għada l-istess persuna allegatament spara lejn il-Pulizija. Wara sparatura li żvolġiet bejn iż-żewġ naħat huwa ntlaqat u ġie arrestat viċin ir-residenza tiegħu.

Id-difiża tar-raġel arrestat qalet li l-klijent tagħha kien għaddej minn perjodu diffiċli fejn fost affarijiet oħra kien tilef l-impjieg u l-kustodja ta’ ibnu.

Sport