Saturday, December 21, 2024

Jispiċċa fuq il-ventilatur jiem biss wara s-sentenza ta’ għomor il-ħabs

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-avukat ta’ Robert Durst ikkonferma li l-klijent tiegħu tpoġġa fuq il-ventilatur wara li ġie infettat bil-virus tal-Covid-19.

Durst ta’ 78 sena kien ikkundannat għomru l-ħabs wara li l-Ħamis li għadda huwa nstab ħati bil-qtil tal-ħabiba tiegħu Susan Berman lura fis-sena 2000.

L-avukat difensur Dick DeGuerin, f’email mibgħuta lill-media barranija żied jgħid li fis-smigħ tal-qorti Durst kien f’kundizzjoni ħażina ħafna u li kien qiegħed isib diffikultà biex jieħu n-nifs u jikkomunika. “Kien fl-agħar kundizzjoni li qatt rajtu u kont inkwetat ħafna għalih”, kompla jgħid DeGuerin filwaqt li kkonferma li l-anzjan jinsab rikoverat fi sptar u qiegħed jiġi assistit fin-nifs permezz tal-ventilatur.

Waqt li kien qiegħed jgħaddi ġuri, l-anzjan kellu diversi episodji ta’ problemi ta’ saħħa. Ix-xahar li għadda huwa ma kienx preżenti waqt li kien qiegħed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Berman minħabba li kien ġie f’kuntatt ma’ persuna infettata bil-virus. F’Ġunju li għadda huwa kellu jiddaħħal għall-kura fi sptar minħabba kumplikazzjonijiet li ma ġewx żvelati fil-midja.

L-anzjan qatta’ ħafna mill-ħin tiegħu fil-qorti bilqiegħda f’siġġu tar-roti, bl-avukati difensuri kontinwament jirrepetu li l-klijent tagħhom kien wisq batut biex jixhed.

Ekonomija

Sport