Thursday, December 26, 2024

Jispiċċa l-ITU wara li waqa’ tliet sulari fl-Isla

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-2.00 a.m., raġel Ingliż residenti f’Marsaskala waqa’ tliet sulari, bil-konsegwenza li kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn qed jinżamm fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.

Jidher li dan ir-raġel kien fuq il-bejt ta’ residenza fi Triq il-Ħabs l-Antik fl-Isla, meta għal xi raġuni waqa’ u ġie fil-gallerija. Minn hemm jidher li reġa’ waqa’ u ġie fuq saqaf ta’ vettura.

Fuq il-post issejħet ambulanza, li ħadet lil dan ir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura.

Aktar tard sar magħruf li r-raġel kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Dwar dan il-każ mistennija tinfetaħ inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport