Fortunatament ħadd ma weġġa’ wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:40 p.m instemgħet splużjoni fi Triq ta’ Xmiexi l-Imsida.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien sploda heater tal-gass li kien fi drive-in ta’ waħda mir-residenzi fl-imsemmija triq.
Fil-post issejħu minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku u ambulanza, iżda rriżulta li fortunatament ma kienx hemm iżjed periklu u li ħadd ma kien indarab fl-inċident.
L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.