Iktar minn 1,000 persuna ġew evakwati wara li fl-aħħar sigħat sploda main tal-gass ta’ madwar 24 pulzier f’junction fiċ-Ċentru ta’ Londra.
Minnufih issejħu numru ta’ pumpiera sabiex jassistu fl-inċident.
S’issa għadu mhux magħruf jekk f’dan l-inċident indarbux xi individwi li kienu fil-post.
In-nies li ġew evakwati — li jammontaw minn tal-inqas għal 1,300 persuna — fosthom 150 persuna li kienu jinsabu fil-ħwienet jew f’uffiċini tal-madwar, għadhom ma jafux meta se jkunu jistgħu jirritornaw lura.