Ġurnalist prominenti Taljan li kien qed jiġi mhedded mill-mafja sofra attakk, hekk kif il-karozza tiegħu li kienet ipparkjata splodiet. Dan qajjem rabja kbira fuq politiċi u anke ġurnalisti oħrajn.
Il-vettura ta’ Sigfrido Ranucci nqerdet mill-isplużjoni f’Pomezia, ħdejn Ruma, u għamlet ħsara wkoll lill-karozza l-oħra tal-familja u anke ħsara lid-dar ta’ ħdejha.
“Il-forza tal-isplużjoni kienet tant qawwija li setgħet qatlet lil kulmin kien għaddej f’dak il-mument,” qal ġurnalista, waqt li kien qiegħed jirraporta fuq ir-RAI.