Il-Pulizija fl-istat Amerikan ta’ Georgia rnexxielhom isalvaw raġel li nqaleb b’karozza tal-pulizija li kien għadu kif seraq ftit sekondi biss qabel l-istess vettura intlaqtet minn ferrovija.
Ir-raġel kien seraq il-vettura waqt li l-pulizija kienu qed jagħmlu xi kontrolli tat-traffiku. Dan wassal għal ġirja warajh bil-karozzi u sussegwentement ir-raġel tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li nqaleb għal fuq il-linji tal-ferrovija.
Id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Atlanta qal li x-xufier kien akkużat b’serq, sewqan traskurat u li wettaq ħsara fuq il-proprjetà ta’ ħaddieħor fost oħrajn.