F’ġurnata temp mill-isbaħ, illum issokta l-programm tal-Karnival fil-Belt Valletta. Kienu bosta dawk li rħewlha lejn il-Kapitali sabiex jassistu għal spettaklu mill-isbaħ fi Pjazza San Ġorġ li kien jinkludi wkoll żfin minn diversi kumpaniji tal-Karnival.

Ma naqsux il-kostumi b’kuluri vivaċi u karrijiet tradizzjonali li huma sinonimi ma’ dan iż-żmien tas-sena u li joħolqu atmosfera mill-isbaħ kemm għall-kbar kif ukoll għaż-żgħar. Waranofsinhar, f’Misraħ San Ġwann ittellgħet ukoll ir-rappreżentazzjoni tal-Qarċilla – farsa tradizzjonali sinonima mal-Karnival.








