Sunday, November 24, 2024

JISSOKTA S-SILENZJU MILL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI

Aqra wkoll

Għaddiet ġimgħa mill-każ li seħħ ġewwa l-każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Ħamrun u minkejja li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel diversi ġimgħat ferm attiv fuq il-midja tal-partit tiegħu fejn beda jikkarga sew b’dik li skontu kienet tħejjija pjanata u bilgħaqal biex b’partit magħqud warajh imur għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew is-sena li ġejja, għall-ewwel darba wara diversi ġimgħat Grech għażel li ma jitkellimx u jibqa’ sieket.

Minn wara l-każ ta’ Jean Paul Sofia li qajjem interess nazzjonali u li mhux biss ġie mressaq quddiem l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż biex tittieħed deċiżjoni rigward jekk kellhiex issir inkjesta pubblika, iżda saħansitra kellek sezzjonijiet tal-midja li minħabba kif żvolġew l-affarijiet anke ppubblikaw l-istħarriġ tagħhom, Grech baqa’ konsistenti fl-appuntament tiegħu man-nies nhar ta’ Ħadd.

Madanakollu jidher li l-Kap tal-Oppożizzjoni għall-ewwel darba wara numru ta’ ġimgħat li fihom għamel saħansitra interventi oħra anke matul il-ġimgħa, ma kienx komdu jitkellem man-nies li skontu tant hu importanti li jinżammu dejjem konxji tal-verità sħiħa.

Nemmnu li waħda mill-ikbar problemi tal-Partit Nazzjonalista u l-midja tiegħu hija l-imġiba fqira tagħhom man-nies tal-partit. Sa ftit tal-ġimgħat ilu kienet il-midja tal-istess partit li b’titlu b’ittri kapitali xandret l-aħbar skontha esklussiva li Dr Abela kien ħarab mill-pajjiż fuq il-jott biex jevita lin-nies, b’ħafna jirreaġixxu li minkejja li l-każ kien wieħed delikat, il-Prim Ministru bħal kull persuna oħra kellu dritt li jieħu xi jiem ta’ mistrieħ ukoll. Kien proprju f’dak il-perjodu li Grech u l-midja tiegħu bdew joħorġu diversi stqarrijiet maħruġa mill-partit, fejn saħansitra kien hemm sejħiet fejn Grech qal li “kien se jindirizza n-nazzjon”.

Għalkemm tista’ tgħid li Grech ma waqafx għalkollox fuq il-midja fl-aħħar jiem, ritratti bi kliem mill-inqas u mingħajr vuċi jikkonfermaw id-dgħufija tiegħu quddiem każ li nemmnu li seta’ faċilment jispjega minflok jagħmel minn kollox biex kemm jista’ jkun ma joħroġ xejn fil-beraħ.

Il-mara tal-vittma kellha wkoll mistoqsija ma’ dan il-ġurnal fejn filwaqt li esprimejna solidarjetà magħha staqsiet kif jista’ jkun li kull ċuċata tixxandar fuq il-facebook b’filmati u f’festa li għaliha attendew mijiet ta’ nies, ħadd ma kellu xi forma ta’ evidenza ta’ dak li sofra żewġha.

Qalb din il-ġlieda interna fil-Partit Nazzjonalista, il-Gvern immexxi minn Robert Abela għadu għaddej jieħu d-deċiżjonijiet. Sal-bieraħ stess f’intervent ħabbar li se jkun qiegħed iwettaq wegħda elettorali oħra – li se jidħlu inċentivi biex membri ta’ forzi dixxiplinati jibqgħu jservu wara 25 sena servizz.

Għalhekk nemmnu li l-Partit Nazzjonalista u bil-wisq aktar Bernard Grech għadu ma tgħallem xejn minkejja politika ta’ firda li ratu jieħu l-akbar telfiet elettorali konsekuttivi.

1 kumment

  1. Tal misthija latiduni ta grech fil Hamrun.Ghaliex is sur Mifsud Bonnici thallu wahdu.Ghaliex thalla jidhol minn grech meta kienet marufa li grech mhux milquh fil kazin

Comments are closed.

Sport