Kif seħħ ilbieraħ, illum reġa’ kien hemm konkorrenza qawwija fil-Belt Valletta għal vaċċinazzjoni kontra l-Covid-19. Dan is-servizz ta’ tilqim b’xejn u bla appuntament qed jingħata minn mobile clinic sorġut biswit il-bini tal-Parlament.
Tant dan is-servizz avvanza fir-ritmu tiegħu li għen biex jonqsu l-kjuwiet twal li kien hemm fil-Belt. Fost in-nies li resqu għat-tilqim setgħu jiġu nnutati persuni ta’ nazzjonalità diversa.
Għada l-mobile clinic se jkun għall-aħħar darba biswit il-Parlament mnejn imbagħad mistenni jiċċaqlaq għal Raħal Ġdid nhar is-Sibt li ġej. Dan is-servizz tat-tilqim għadu jingħata wkoll mill-Università ta’ Malta u mit-teatru Aurora f’Għawdex. Mill-ġimgħa d-dieħla se jibda jkun hemm sessjonijiet ta’ tilqim filgħaxija.
Ritratti: Roger Azzopardi