Saturday, December 21, 2024

Jissokta t-tilqim mingħajr appuntament

Aqra wkoll

Mingħajr il-ħtieġa li wieħed jagħmel appuntament, kienu l-mijiet li għażlu t-tmien ċentri madwar Malta u Għawdex u l-mobile clinics biex jirċievu l-booster tal-vaċċin kontra l-Covid-19. 

B’aktar minn 70% tal-popolazzjoni mlaqqma bil-booster, hekk kif ingħataw aktar minn 310,000 doża, il-Maltin u l-Għawdxin fehmu li l-booster hu l-aqwa arma fil-ġlieda kontra t-tixrid tal- Covid-19. 

Is-sistema tal-walk-in qiegħda tagħmilha aktar faċli u aktar aċċessibbli li wieħed jirċievi t-tilqim kontra l-Covid-19. B’dawn iċ-ċentri u mobile clinics qegħdin joffru mhux biss li wieħed jieħu l-booster iżda anke l-ewwel u t-tieni doża tal-vaċċin. 

Din is-sistema qarrbet aktar is-servizz viċin taċ-ċittadin u mingħajr il-ħtieġa li wieħed japplika għal appuntament, għamlitha iżjed faċli li jekk tkun fil-viċinanzi ta’ wieħed minn dawn iċ-ċentri u mobile clinics tgħaddi u tirċievi t-tilqim kontra l-Covid-19. 

Huma deċiżjonijiet bħal dawn li qed iwasslu biex il-popolazzjoni Maltija tkun l-iktar imlaqqma bil-booster u li fl-istess ħin għandha l-inqas rata ta’ nies li daħlu l-isptar bil-Covid fl-Ewropa. Servizz dejjem aktar aċċessibbli u viċin iċ-ċittadin. 

L-appell jibqa’ biex tipproteġi lilek nnifsek u ta’ madwarek, billi titlaqqam kontra dan il-virus. Huwa b’dan il-mod li dejjem nersqu aktar viċin in-normalità.

Ekonomija

Sport