Saturday, December 21, 2024

Jissuġġerixxi ittra bi qbil għal aktar ħin għad-delegati biex jitkellmu

Aqra wkoll

Fi Strażburgu se tkun qiegħda tiżvolġi konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fejn fost suġġetti oħra trattati hemm l-isport, il-kultura, u l-edukazzjoni.

Preżenti għal din il-konferenza hemm il-Membru Parlamentari Laburista Jean Claude Micallef li waqt il-laqgħa plenarja ma naqasx milli jgħid tiegħu dwar nuqqas ta’ qbil li nqala rigward il-mod kif l-EU permezz tat-troika u l-Kummissjoni qed jagħtu biss minuta biex il-membri parlamentari delegati jkunu jistgħu jitkellmu.

L-Irlandiża Higgins bdiet dan il-furur waqt li bosta rrimarkaw bħala eżerċizzju kożmetiku dak li qed isir waqt li l-MP Franċiż qal li din se tkun diżastru ieħor. Il-MP Ċiprijotta Credu aċċennat li dan mhux mod ġust kif ikunu stmati rappreżentanti tal-poplu ftit sigħat qabel ma tibda l-konferenza. 

Min-naħa tiegħu l-MP Malti saħaq li “inutli nparlaw u ma nimxux għal soluzzjoni” b’hekk propona li l-Presidenza flimkien mat-troika tqassam ittra bi qbil għal iktar ħin u proċeduri li jqanqlu dibattitu biex b’hekk il-membri kollha jsiru firmatarji ta’ dan il-qbil.

Il-Presidenza qed tikkunsidra t-triq il quddiem b’kunsiderazzjoni ta’ dawn il-fehmiet ippreżentati .

Ekonomija

Sport