Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar matul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm – Bajja ta’ Qu-Si-Sana (taħt it-taraġ), Tas-Sliema (Kodiċi tas-Sit B14) – hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 21337333 mis-7:00 a.m. sat-3:00 p.m. jew jibgħat email fuq [email protected], [email protected] u [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.