Saturday, September 14, 2024

“Jista’ jkun li r-Russja qiegħda tipprepara li tuża armi kimiċi”

Aqra wkoll

Jgħid dan is-Segretarju Ġenerali tan-Nato f’kumment ma’ ġurnal Ġermaniż

Is-Segretarju Ġenerali tan-NA­TO, Jens Stoltenberg qal li hemm probabbiltà li r-Russja tirrikorri għall-użu ta’ armi kimiċi waqt l-offensiva tagħha ġewwa l-Ukrajna. Jekk is-seħħ hekk, dan ma jkun xejn għajr delitt tal-gwerra. 

F’intervista li Stoltenberg kellu mal-ġurnal Ġermaniż Welt am Sonntag huwa qal li, “riċentament smajna allegazzjonijiet assurdi dwar laboratorji li qed jagħmlu armi kimiċi u bijoloġiċi ġewwa l-Ukrajna.” Huwa kien qiegħed jirreferi għal allegazzjonijiet infondati li l-Kremlin għamel fil-konfront tal-Ukrajna fejn allega li din qiegħda tiżviluppa xi armi bijoloġiċi biex tużahom kontra l-Russi.

Stoltenberg tenna li, “issa li dawn l-allegazzjonijiet fo­loz saru, irridu nibqgħu viġilanti minħabba li hemm possibbiltà li r-Russja stess jista’ jkun li qiegħda tipprepara operazzjoni b’armi kimiċi, u tinħeba taħt dan il-gideb. Dan ikun delitt tal-gwerra.” Is-Segretarju Ġenera­li tan-NATO qal li l-poplu Ukren qiegħed jirreżisti bi qlubija kbira lill-invażuri Russi, iżda skontu l-jiem li ġejjin se jkunu iktar diffiċli fuq il-poplu.

Ekonomija

Sport