Dan is-sit jista’ jikkonferma li r-raġel li nstab mejjet fil-baħar tax-Xlendi għandu 68 sena. Hu Malti, iżda għal dan l-aħħar żmien kien jgħix ix-Xlendi.
Sorsi qrib dan is-sit qalulna li kollox qiegħed jindika li r-raġel kien qiegħed jgħum bil-goggles, iżda mhux jgħodos. Għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultajiet u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mexxija mill-Maġistrat Brigitte Sultana, filwaqt li l-Ispettur Keith Xerri qiegħed imexxi l-investigazzjonijiet.
Aktar kmieni: Jitella’ raġel mejjet mill-baħar fix-Xlendi
Ftit tal-ħin ilu għadu kemm itella’ raġel mejjet mill-baħar fix-Xlendi.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil dan is-sit li kienu rċivew rapport li kien hemm persuna wiċċa ‘l isfel fil-baħar tax-Xlendi. “Kien qiegħed taħt it-Terazzo bejn wieħed u ieħor,” qalilna s-sors.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza biex jassistu, iżda r-raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.
Aktar dettalji kif jaslulna.