Tuesday, December 24, 2024

Jitfaċċa poster li juri l-Jason Azzopardi mal-faċċata ta’ showroom tal-karozzi f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Il-Kumpanija No Deposit Cars Malta fl-aħħar sigħat tellgħet poster mas-showroom tal-karozzi li għandha f’Ħal Qormi, liema poster ma damx wisq ma beda jiċċirkola fil-midja soċjali.

Filwaqt li awgurat l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd fl-istess poster jidher l-Avukat Jason Azzopardi li se jkun qiegħed jirrappreżenta grupp ta’ 26 persuna li beħsiebhom jieħdu azzjoni legali kontra l-istess kumpanija. Dawn il-persuni qed jallegaw li din il-kumpanija frodathom.

Il-poster juri lil Azzopardi liebes ta’ qassis bl-awgurju fl-isfond ta’ qabar fl-Iżrael fejn Ġesu Kristu kien tpoġġa wara li ġie msallab. 

Din ma kinitx l-ewwel darba li l-kumpanija involviet lil Azzopardi fir-reklamar tagħha. Dan hekk kif il-ġimgħa li għaddiet il-kumpanija ħarġet filmat li fih irribattiet protest ġudizzjarju mressaq mill-istess Azzopardi.

Ekonomija

Sport