Monday, December 8, 2025

Jitfakkar il-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Arka

Aqra wkoll

Ilbieraħ tfakkar l-25 sena anniversarju minn meta l-Fondazzjoni Arka bdiet il-ħidma tagħha f’Għawdex.

Biex jitfakkar dan l-anniversarju ġiet iċċelebrata quddiesa għall-persuni b’diżabilità li jgħixu f’Dar Arka, f’Dar il-Ġublew tal-Ħniena, u f’Dar il-Madonna ta’ Pinu, fil-Paroċċa ta’ Għajnsielem. 

Wara l-Quddiesa, kixifna l-bust tal-fundatur tagħna, Dun Manwel Curmi, li ħalliena sena ilu. Dan iservi bħala tifkira permanenti tal-viżjoni, il-ħniena u d-dedikazzjoni tiegħu. Il-ħidma tiegħu tkompli tkun il-pilastru tal-Fondazzjoni. 

Fl-istess okkażjoni, ġiet imnedija l-bijografija ta’ Dun Manwel Curmi. Dan il-ktieb joffri ħarsa dettaljata lejn il-ħajja tiegħu u l-legat tiegħu.

Wieħed jista’ jakkwista l-bijografija ta’ Dun Manwel permezz ta’ donazzjoni ta’ €15 minn Dar Arka jew mill-Caritas t’Għawdex.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport