Illum qiegħed jitfakkar l-ewwel anniversarju mill-mewt tal-artist Mario Baldacchino li kien pittur fuq l-arti sagra u aktar.

L-artist pitter diversi bandalori u pavaljuni kważi madwar il-pajjiż kollu. Fil-fatt għandu xogħol f’34 belt jew raħal f’Malta.
Din is-sena l-Kumitat Festi Esterni ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi se jkunu qegħdin jagħmlu wirja bl-isem “Mario kien wieħed minnha”.

Din il-wirja se tkun dwar arti li għamel Mario u aktar tard se jkun qiegħe djinħareġ ktieb dwar l-istess arti.
Id-dħul kollu li se jsir minn din il-wirja se jmur lejn Hospice Movement.