Ilbieraħ f’Pariġi tfakkar l-għaxar anniversarju minn meta kienu seħħew l-agħar attakki terroristiċi fil-pajjiż fejn b’kollox kienu nqatlu 132 persuna u mijiet kbar oħrajn spiċċaw bi ġrieħi serji.
Fost dawk li sellmu l-memorja tal-vittmi kien hemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fost mexxejja oħrajn.
Ursula von der Leyen qalet li l-Unjoni Ewropea tibqa’ tiġġieled għal libertà ta’ kull pajjiż fosthom anke Franza biex kulħadd jgħix b’mod sigur.

