Friday, April 19, 2024

Jitfakkru inġiniera Ċiniżi li kienu mietu f’Malta waqt li kienu qed jaħdmu fil-baċir

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem tfakkru inġinieri Ċiniżi li kienu qed jaħdmu f’dak magħrufa bħala iċ-China Dock.  L-inġiniera kienu Xu Huizhong u Gu Yanhao. Xu miet b’aċċident ikrah li seħħ waqt li kien jaħdem fuq il-baċir. Gu miet meta l-isptar San Luqa b’marda li qabditu waqt li kien qed jaħdem fil-baċir.

Preżenti għal din iċ-ċerimnonja kien hemm l-eks Ministru Laburista Reno Calleja , President tal-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u iċ-Ċina. Kien hemm preżenti wkoll numru mdaqqas ta’ Ċiniżi li jgħixu Malta.

F’diskors qasir   l-Ambaxxatur Ċiniz qal li l-jum intgħażel għax hu jum l-martri fiċ-Ċina  u għax Malta u ċ-Ċina qed jfakkru l-ħamsin sena min mindu Malta u ċ-Ċina waqqfu r-relazzjonijiet diplomatiċi bejniethom.  Hu faħħar ix-xogħol kbir li għamel is-sur Calleja għal snin twal mis-snin snin sebgħin biex ir-rabtiet bejn Malta u iċ-Ċina jissaħħu u jitkattru.

Hu fakkar kif fis-sena 1979 l-Prim Ministru ta’ Malta ta’ dak iż-żmien Dom Mintoff bagħat lil Reno Calleja f’Shanghai biex jagħti l-midalja tar-Republika lil armla ta Xu  Huizhong

Ikkuntatjat minn IT-TORĊA, Reno Calleja fakkar li l-għotja ta’ Ġieħ ir-Republika lil Xu kienet l-ewwel darba li ngħatat wara mewt.

Sport