Wednesday, July 24, 2024

Jitfi d-dawl u jidħol jisraq b’sikkina minn ħanut tal-logħob

Aqra wkoll

Elson Bajrami ta’ 29 sena mill-Albanija, iżda residenti l-Qawra tressaq il-Qorti b’rabta ma’ serqa li kienet seħħet fis-7 ta’ Mejju f’ħanut tal-logħob f’San Pawl il-Baħar.

Bajrami hekk kif ġie mistoqsi x’jaħdem qal li hu kien tkeċċa mill-impjieġ. Skont informazzjoni li ħareġ fil-midja jirriżulta li r-raġel qabel ma daħal jisraq tefa’ d-dawl mis-sistema ċentrali u anke uża sikkina biex ibeżża’ lill-impjegat li kien hemm fil-ħanut.

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea l-Albaniż wieġeb mhux ħati. Id-difiża ma talbietx għall-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukat Brandon Bonnici f’isem l-avukat ġenerali flimkien mall-ispettur Lydon Zammit, Stephen Gulia u Warren Galea. L-akkużat deher assitit mill-avukat David Bonello.

Ekonomija

Sport