Wednesday, December 25, 2024

Jitħabbar ħruġ ġdid ta’ stock tal-Gvern b’rata ta’ mgħaxx fissa

Aqra wkoll

L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta’ stock tal-Gvern ta’ Malta ta’ €150,000,000 f’xi wieħed jew aktar mit-tliet stocks imsemmija aktar ’l isfel:-

(i)            2.60% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2028 (V);

(ii)           2.90% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2032 (VI); u

(iii)         3.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2042 (I).

Is-somma li għandha tinġabar tista’ tiżdied b’€100,000,000 oħra f’każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

Membri tal-pubbliku li huma interessati li jinvestu jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta’ €100,000 kull persuna f’xi wieħed jew f’kull wieħed mit-tliet stocks li qegħdin jiġu offruti. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma’ persuna/i oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, il-11 ta’ Lulju 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu l-Erbgħa t-13 ta’ Lulju 2022 fis-2.30 p.m. jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni talAccountant General.

L-applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f’offerti bi rkant jiftħu l-Ġimgħa l-15 ta’ Lulju 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’12.00 p.m. (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni talAccountant General.

Il-prezz għal kull stock imsemmi f’elenku (i), (ii) u (iii) riferuti aktar qabel, li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku, għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis is-7 ta’ Lulju 2022. L-Accountant General se jkun qed iħabbar il-prezz ta’ kull stock u dawn jiġu ppubblikati kemm fil-ġurnali lokali, kif ukoll permezz ta’ stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Fornituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt minn nhar il-Ġimgħa t-8 ta’ Lulju 2022.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista’ titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Lulju 2022.

Ekonomija

Sport