Wednesday, December 25, 2024

Jitħabbar il-Kalendarju tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu

Aqra wkoll

Dan l-aħħar kien approvat il-Kalendarju tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu li ser ikun jikkonsistu f’żewġ Kampjonat fuq tliet tiġrijiet kull wieħed. L-ewwel  Kampjonat li ser jibda huwa dak tat-Time Trial, b’ewwel tiġrija ser tkun nhar it-23 ta’ April fiċ-ċirkwit ta’ Pembroke. Dan il-Kampjonat ikompli fil-21 ta’ Mejju fi Fluer-de-Lys u jintemm fis-16 ta’ Lulju fil-Miżieb.

Intant il-Kampjonat tar-Road ser jibda fis-7 ta’ Mejju f’San Martin u jitkompla fil-11 ta’ Ġunju f’Ta’ Xhajma fin-Nadur, Għawdex u jispiċċa fit-23 ta’ Lulju f’Tal-Maqluba, Qrendi/Żurrieq. Din is-sena uhud mit-tiġrijiet ser isiru bil-kollaborazzjoni mal-Kunsill Reġjonali Lvant li ntgħażel bħala ‘Ir-Reġjun Ewropew tal-Isport għall-2023’ minn ACES – European Capitals and Cities of Sport għal din is-sena 2023.

Intant din is-sena it-Tour ta’ Malta ser issir fuq tliet tapep li jibda b’Individual Time Trail, il-Coast Road, Salina/Baħar iċ-Ċagħak nhar il-Ġimgħa 7 ta’ April u jitkompla l-għada s-Sibt b’Road Race fuq iċ-ċirkwit ta’ San Martin, u tispiċċa Ħadd il-Għid bl-aħħar tappa li ser issir fuq iċ-ċirkwit tal-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ. Intant diversi klubbs qed iħejju għat-tiġrija oganizzata minnhom.

Matul din is-sena wkoll il-Federazzjoni ser torganizza diversi korsijiet tal-UCI għal kowċis u mecchanics u dan grazzi għal ħidma internazzjonali tas-Segretarju Ġenerali Joe Bajada li huwa l-President tal-Kummissjoni tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-UEC, kif ukoll Membru tal-UCI Solidarity and Emerging Cycling Countries Commission. Dan l-aħħar Joe Bajada attenda għal laqgħa simili fil-Kwartieri tal-UCI, f’Aigle l-Isvizzera fejn kien deċiż li wara nuqqas ta’ diversi snin, il-UCI ser torganizza l-Kampjonat B għal pajjiżi ta’ Grupp 3 u 4 u għalhekk Malta ser tkun eliġibli li tieħu sehem bejn it-2 u l-10 ta’ Marzu 2024 il-Kajr, l-Eġittu.

Parteċipazzjoni oħra internazzjonali mill-iktar interessanti ser tkun fil-Kampjonati Mondjali li ser isiru fi Glasgow, l-Iskozja bejn it-2 u 14 ta’ Awwissu li ġej. Joe Bajada kien aċċertat li Malta tingħata diversi wild cards għal atleta wieħed fir-Road, MTB u BMX u sa żewġ atleti għat-Time Trial. 

Ekonomija

Sport