Saturday, December 21, 2024

Jitħabbru ħatriet ġodda fi Spazju Kreattiv u t-Teatru Manoel

Aqra wkoll

Is-Sur Rupert Cefai, li preżentement jokkupa l-kariga ta’ Chairperson ta’ Spazju Kreattiv, se jkun qed jassumi wkoll ir-rwol tat-tmexxija eżekuttiva tal-entità b’żieda mal-kariga li jokkupa preżentement sabiex b’hekk issa se jkun qed iservi bħala Chairperson Eżekuttiv ta’ Spazju Kreattiv. Is-Sur Cefai ilu jokkupa b’suċċess il-kariga ta’ Chairperson ta’ Spazju Kreattiv għal dawn l-aħħar ħdax-il sena.

Ir-rwol tat-tmexxija eżekuttiva ta’ Spazju Kreattiv kien qed jiġi mwettaq mis-Sur Edward Zammit, li issa se jkun qed itemm dan l-inkarigu biex jinħatar bħala Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel.

Is-Sur Zammit okkupa b’suċċess għal dawn l-aħħar tmintax-il xahar ir-rwol ta’ Aġent Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel b’żieda mar-rwol tat-tmexxija eżekuttiva li kellu fi Spazju Kreattiv. Fiż-żmien li serva bħala Aġent Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel, is-Sur Zammit wettaq id-doveri tiegħu b’impenn, integrità u effiċjenza kbira u kien l-għażla naturali biex jaqdi l-inkarigu bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tat-Teatru Manoel.

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jawgura kull suċċess lis-Sur Rupert Cefai u s-Sur Edward Zammit fil-mansjonijiet il-ġodda tagħhom.

Ekonomija

Sport