Tħabbru l-finalisti li s-Sibt filgħaxija se jikkompetu fil-finali tat-tieni edizzjoni tal-festival prestiġġjuż Mużika Mużika li qed jittella’ fl-MFCC f’Ta’ Qali.
Il-finalisti tħabbru fi tmiem it-tieni serata li kienet tinkludi taħlita ta’ interpretazzjonijiet mill-21 parteċipant li kantaw flimkien ma’ kantanti stabbiliti. Ma setax jonqos li l-interpretazzjonijiet ta’ kanzunetti klassiċi jqanqlu ċertu nostalġija fost dawk kollha li kienu qegħdin isegwu.
Dan il-festival li huwa ċelebrazzjoni tal-mużika Maltija qiegħed jitqies bħala wieħed ta’ suċċess kbir. Dan hekk kif mhux biss l-attendenza b’mod fiżiku f’Ta’ Qali kienet waħda spettakolari, iżda minn stħarriġ li sar irriżulta li għall-ewwel serata, aktar minn 100,000 spettatur kienu qegħdin isegwu dan il-festival mill-kumdità ta’ darhom.
Dawn huma l-finalisti li għaddew għas-serata finali tal-lejla:
| Wennisni | Franklyn |
| Jien l-Arist | Cherylis |
| Minn taħt l-Ilsien | Avenue Sky |
| Tgħidlix Għalfejn | Kyle George |
| Kewkba feġġejja | Gaia Cauchi |
| Aħjar Hekk Inkella Agħar | Mara |
| Purgatorju | Oxygyn |
| Fittixni | Victoria |
| Ġmielek | Claudia Faniello |
| Ossiġnu | Danica Muscat u Kapitlu Tlettax |
| Tkun ‘l Hawn Għaddi | Kantera |
| Bla Tarf | Kurt Calleja |

