Wednesday, April 24, 2024

Jitħabbru l-finalisti ta’ Mużika Mużika

Aqra wkoll

Tħabbru l-finalisti li s-Sibt filgħaxija se jikkompetu fil-finali tat-tieni edizzjoni tal-festival prestiġġjuż Mużika Mużika li qed jittella’ fl-MFCC f’Ta’ Qali.

Il-finalisti tħabbru fi tmiem it-tieni serata li kienet tinkludi taħlita ta’ interpretazzjonijiet mill-21 parteċipant li kantaw flimkien ma’ kantanti stabbiliti. Ma setax jonqos li l-interpretazzjonijiet ta’ kanzunetti klassiċi jqanqlu ċertu nostalġija fost dawk kollha li kienu qegħdin isegwu.

Dan il-festival li huwa ċelebrazzjoni tal-mużika Maltija qiegħed jitqies bħala wieħed ta’ suċċess kbir. Dan hekk kif mhux biss l-attendenza b’mod fiżiku f’Ta’ Qali kienet waħda spettakolari, iżda minn stħarriġ li sar irriżulta li għall-ewwel serata, aktar minn 100,000 spettatur kienu qegħdin isegwu dan il-festival mill-kumdità ta’ darhom.

Dawn huma l-finalisti li għaddew għas-serata finali tal-lejla:

WennisniFranklyn
Jien l-AristCherylis
Minn taħt l-IlsienAvenue Sky
Tgħidlix GħalfejnKyle George
Kewkba feġġejjaGaia Cauchi
Aħjar Hekk Inkella AgħarMara
PurgatorjuOxygyn
FittixniVictoria
ĠmielekClaudia Faniello
OssiġnuDanica Muscat u Kapitlu Tlettax
Tkun ‘l Hawn GħaddiKantera
Bla TarfKurt Calleja

Sport