Friday, November 22, 2024

Jitħabbru n-nominazzjonijiet tal-FIFA FIFPro World XI

Aqra wkoll

Tmienja mill-Lionesses tal-Ingilterra għamlu l-lista mqassra ta’ 23 player għall-FIFA FIFPRO World 11 tan-nisa 2023.

Fosthom hemm il-goalkeeper ta’ Manchester United, Mary Earps, li f’Diċem­bru rebħet it-titlu ta’ Personalità Sportiva tas-Sena.

Fil-kategorija tal-irġiel, tmienja mit-team rebbieħ tat-Treble ma’ Manchester City ġew inklużi fost dawk li ġew nominati.

Il-premju FIFA FIFPRO World 11 jivvu­taw għalih biss sħabhom il-players professjonali.

Earps, ir-rebbieħa tal-Golden Glove fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa fis-sajf li għadda, ingħaqdet mal-lista qasira minn sħabha tat-team nazzjonali, Lucy Bronze, Alex Greenwood, Georgia Stanway, Ella Toone, Keira Walsh, Lauren James u Alessia Russo.

L-attakkanta ta’ Chelsea, James, u l-attakkanta ta’ Arsenal, Russo – li qabel kienet tilgħab ma’ Manchester United – it-tnejn skorjaw tliet goals fit-Tazza tad-Dinja fl-Awstralja u fi New Zealand hekk kif l-Ingilterra waslet għall-ewwel darba sal-finali.

Id-difensur ta’ Barcelona, Bronze, hija nominata flimkien ma’ sitt sħabha, inkluża l-midfielder, Aitana Bonmati, li għolliet it-Tazza tad-Dinja ma’ Spanja u rebħet l-ewwel Ballun tad-Deheb tan-Nisa tagħha f’Ottubru.

L-attakkant Norveġiż, Erling Haaland, jidher fil-lista qasira tal-irġiel flimkien ma’ sħabu ta’ Manchester City, Bernardo Silva, Rodri, Kevin De Bruyne, Kyle Walker, John Stones, Ruben Dias u Ederson.

Fil-lista jinsabu wkoll id-difensur ta’ Liverpool, Virgil van Dijk, u l-goalkeeper ta’ Aston Villa, Emiliano Martinez, kif ukoll il-captain tal-Ingilterra, Harry Kane, li ngħaqad ma’ Bayern Munich mingħand Tottenham f’Awwissu li għadda.

Ir-rebbieħ tmien darbiet tal-Ballun tad-Deheb tal-irġiel, Lionel Messi, l-attakkant ta’ Paris St-Germain, Kylian Mbappe. u l-midfielder Ingliż, Jude Bellingham, li ffirma ma’ Real Madrid mingħand Borussia Dortmund f’Ġunju, huma wkoll fost il-finalisti.

Il-korp governattiv tad-dinja, il-FIFA u l-unjoni globali tal-players, FIFPRO se jħabbru ż-żewġ timijiet nhar it-Tnejn, 15 ta’ Jannar, waqt iċ-ċerimonja ta’ The Best FIFA Football Awards, f’Londra.

Il-premju tan-nisa jkopri wirjiet mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-20 ta’ Awwissu 2023, filwaqt li dak tal-irġiel huwa bejn id-19 ta’ Diċembru 2022 sal-20 ta’ Awwissu 2023.

In-nominati fil-kategorija tal-irġiel huma:

Goalkeepers: Thibaut Courtois (Real Mad­rid), Ederson (Manchester C.), Emiliano Martinez (Aston Villa).

Difensuri: Ruben Dias, John Stones, Kyle Walker (Manchester C.), Virgil van Dijk (Liverpool), Eder Militao, Antonio Rudiger (Real Madrid).

Midfielders: Jude Bellingham (Borussia Dortmund/Real Madrid), Kevin De Bruyne, Rodri, Bernardo Silva (Manchester City), Ilkay Gundogan (Manchester C./Barcelona), Luka Modric, Federico Valverde (Real Mad­rid).

Attakkanti: Karim Benzema (Real Mad­rid/Al-Ittihad), Erling Haaland (Manchester City), Harry Kane (Tottenham/Bayern Munich), Kylian Mbappe (Paris St-Germain), Lionel Messi (Paris SG/Inter Miami), Cristiano Ronaldo (Al-Nassr), Vinicius Jr (Real Madrid).

In-nominati fil-kategorija tan-nisa huma:

Goalkeepers: Mackenzie Arnold (West Ham), Mary Earps (Manchester U.), Alyssa Naeher (Chicago Red Stars).

Difensuri: Lucy Bronze, Maria Leon, Irene Paredes (Barcelona), Olga Carmona (Real Madrid), Alex Greenwood (Manchester C.), Amanda Ilestedt (Paris St-Germain/Arsenal), Ashley Lawrence (Paris St-Germain/Chelsea).

Midfielders: Aitana Bonmati, Claudia Pina, Fridolina Rolfo, Keira Walsh (Barcelona), Georgia Stanway (Bayern Munich), Ella Toone (Manchester U.).

Attakkanti: Jennifer Hermoso (Pachuca/Tigres), Lauren James, Sam Kerr (Chelsea), Alex Morgan (San Diego Wave), Salma Pa­ralluelo (Barcelona), Alexandra Popp (Wolfsburg), Alessia Russo (Manchester United/Arsenal).

Sport