Nhar it-Tnejn, 19 ta’ Mejju, il-Malta Football Association organizzat konferenza stampa biex tħabbar in-nomini għall-Malta FA Awards ta’ din is-sena.
Il-konferenza stampa, li saret fis-Centenary Hall, f’Ta’ Qali, kienet indirizzata mill-Viċi President tal-Malta FA, Adrian Casha.
“Din is-sena hija speċjali, għax apparti l-premjijiet li s-soltu jingħataw, se nkunu qed nagħtu wkoll Malta Best XI of All Time biex timmarka l-okkażjoni tal-125 anniversarju tal-Assoċjazzjoni. Dan se jkun il-qofol tal-avveniment tal-Ġimgħa,” żied jgħid is-Sur Casha.
L-għażla tal-Malta Best XI of All Time tinkludi voti minn partitarji, amministraturi, coaches, uffiċjali tal-logħob, ġurnalisti, riċerkaturi, kittieba kif ukoll preżentaturi ta’ programmi sportivi. Matul il-proċess tal-votazzjoni, il-pubbliku jista’ jissottometti l-preferenzi tiegħu għal kull pożizzjoni. Is-Sur Casha faħħar ir-rispons pożittiv tal-pubbliku fejn b’kollox intbagħtu 800 vot.
Fir-rigward tal-premju tal-MFA Footballer of the Year, is-Sur Casha stqarr li din se tkun is-70 darba li se jingħata l-premju. Għall-premjijiet tal-Aħjar Skorers, il-goals skorjati fil-fażijiet tal-play-offs tal-kompetizzjonijiet rispettivi ma ġewx ikkunsidrati.
Il-Malta FA Awards Night 2025 se ssir nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Mejju, 2025, f’Doubletree – Hilton Malta.
Il-lista kollha tal-players nominati tal-MFA Awards 2025 hija:
L-Aħjar Player
Henry Bonello (Hamrun Spartans)
Bjorn Kristensen (Hibernians)
Alexander Satariano (Birkirkara)
Dunstan Vella (Floriana)
Carlo Zammit Lonardelli (Floriana)
L-Aħjar Player Femminili
Haley Bugeja (Inter Milan – ITA)
Maria Farrugia (Sheffield United – ENG)
Nicole Sciberras (Hibernians)
Emma Xuereb (Swieqi United)
Shona Zammit (Swieqi United)
Coach tas-Sena
Darren Abdilla (Floriana)
Stefano De Angelis (Birkirkara)
Paul Zammit (Sliema Wanderers)
L-Aħjar Player Żagħżugħ
Nathan Agius (Mosta)
Jake Micallef (Zabbar St Patrick)
Sven Xerri (Hamrun Spartans)
L-Aħjar Player Barrani
Maxuell Maia da Silva (Birkirkara)
Franklin Sasere (Floriana)
Alex de Aguiar Gomes (Marsaxlokk)
L-Aħjar Player tal-BOV Challenge League
Jake Azzopardi (Valletta)
Sulahmana Mamadu Bah (Zurrieq)
Brandon Paiber (Valletta)
L-Aħjar Player tal-IZIBET Amateur League 1
Julian Azzopardi (Birzebbuga St Peter’s Montekristo)
Brandon Bray (Qrendi)
Ricardo Velasquez (San Gwann)
L-Aħjar Player tal-IZIBET Amateur League 2
Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs)
Matthew Gauci (St George’s)
Timothy Thomas (Kalkara United)
L-Aħjar Player tal-Youths
Zak Barbara (Valletta)
Jayden Farrugia (Mosta)
Silas Alfred Hamanjode (Hibernians)
L-Aħjar Player Femminili tal-Youths
Lara May Azzopardi (Birkirkara)
Maia Gauci (Birkirkara)
Eva Koneva (Swieqi United)
Il-lista tal-players nominati għall-Best XI of All Time:
Goalkeeper
John Bonello, David Cluett, Alfred Mizzi
Difensur Lemini
David Carabott, Alex Muscat, John Privitera
Difensur Xellugi
Jeffrey Chetcuti, Lolly Debattista, Edwin Farrugia
Difensur Ċentrali
Andrei Agius, Joe Cilia, John Holland
Libero
John Buttigieg, Anton Camilleri, Kris Laferla
Midfielder Difensiv
Joe Brincat, Stefan Giglio, Gareth Sciberras
Midfielder Ċentrali
Louis Arpa, Willie Vassallo, Raymond Vella
Midfielder Lemini
Gilbert Agius, Ronnie Cocks, Noel Turner
Midfielder Xellugi
Michael Degiorgio, Sammy Nicholl, Carlo Seychell
Attakkanti
Carmel Busuttil, Joe Cini, Michael Mifsud, Tony Nicholl, Andre Schembri, Raymond Xuereb
Lista tal-Aqwa Skorers:
360 Sports Malta Premier
Maxuell Maia da Silva (Birkirkara) – 22 goals
BOV Challenge League
Sulahmana Mamadu Bah (Zurrieq) – 20 goals
IZIBET National Amateur League 1
Joshua Ojelabi (Marsaskala) – 20 goals
IZIBET National Amateur League 2
Timothy Thomas (Kalkara United) – 17 goals
Assikura Women’s League
Hailey Russell (San Gwann) – 27 goals