Fid-dawl tan-numru kbir ta’ każijiet ta’ Covid 19 u fid-dawl tar-restrizzjonijiet imħabbra ftit illum, l-organizzaturi ta’ Betlehem f’Għajsielem ħabbru li ġie deciż li I-bqija tal-ġranet tal-animazzjoni tat-12-il edizzjoni ta’ din l-attivita jiġu ikklanċellati.
Huma qalu li dan qed jagħmluh b’dieqa ta’ qalb kbira speċjalment fid-dawl tal-isforzi kbar u l-ħidma li saret.
Qalu iżda li jemmn li din hija l-aħjar deċiżjoni fl-interess ta’ saħħet l-atturi, li wħud minnhom ukoll jinsabu kwarantina, u għall-aħjar interess ta’ saħħet l-eluf ta’ viżitaturi.
Din mhix l-ewwel darba li kellha titħassar din l-attività hekk kif anke s-sena l-oħra din ma setgħetx issir minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19.
Din mhix l-unika attività li tħassret hekk kif fost l-oħrajn illum tħabbar li tħassret l-attività tal-aħħar tas-sena fil-Belt Valletta.
Ma’ dawn hemm numru ta’ attivitajiet oħra li qed jitħassru fl-isfond taż-żieda fil-każijiet ta’ Covid-19 u biex b’hekk tiġi mħarsa s-saħħa pubblika.