Is-Segretarju tad-Difiża Amerikan Lloyd Austin ħassar ftehim li ntlaħaq din il-ġimgħa mal-akkużati li ppjanaw l-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Settembru tal-2001 qabel ma jgħaddu ġuri.
Barra minn hekk huwa huwa ddeċieda li jneħħi s-setgħa tal-uffiċjal responsabbli mill-Qorti militari li ffirma l-ftehim li kien hemm qbil dwaru l-Erbgħa li għadda. Dan il-ftehim kien kritikat mill-qraba tal-vittmi wara li l-istess ftehim seta’ ħeles lill-aggressuri mill-piena tal-mewt.