Dawk kollha li llejla kienu se jmorru lejn Ħal Lija biex igawdu l-ħarqa nar tal-ajru tal-festa tas-Salvatur, jistgħu jbiddlu l-pjanijiet tagħhom minħabba li l-ispettaklu tħassar.
Fi stqarrija, il-Kumitat tal-Għaqda tan-Nar San Mikiel avża li l-programm pirotekniku tan-nar tal-ajru li kien se jsir illejla f’Ħal Lija tħassar minħabba r-riħ qawwi.
Fl-istess stqarrija ntqal li n-nar tal-art se jkun qiegħed jinħaraq kif ippjanat.
Il-Kumitat qal li fis-sigħat li ġejjin se jagħti aktar dettalji dwar il-programm tal-Ħadd.