Il-każi ta’ meningite telgħu għal mill-inqas 27 persuna wara li l-marda, rari iżda fatali, f’aqqgħet f’kulleġġ f’Kent ir-Renju Unit kmieni f’Marzu. Tnejn diġa mietu, inkluż student tal-Università ta’ Kent u student ieħor tas-sixth form.
L-Aġenzija tas-Sigurtà tas-Saħħa tar-Renju Unit (UKHSA) ħabbret il-bieraħ li l-pazjenti jinkludu studenti f’erba’ skejjel ta’ Kent u student wieħed f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja f’Londra’.
Din l-infezzjoni hija ‘direttament marbuta’ mal-marda f’Kent, li faqqgħet f’nightclub popolari mal-istudenti msejjaħ Club Chemistry. Każ ta’ meninġite marbut mat-tifqigħa ta’ Kent ukoll ġie rreġistrat fi Franza u ġie rappurtat minn uffiċjali Franċiżi lill-UKHSA.
L-uffiċjal xjentifiku ewlieni tal-UKHSA, il-Professur Robin May, wissa li l-każijiet se jkomplu jiżdiedu, b’xi każijiet għadhom qed ikunu investigazzjoni.
Il-Professur May qal lil BBC Breakfast li f’tifqigħa bħal din, tipikament wieħed jistenna żieda żgħira fin-numri u għalhekk jissuspetta li n-numru ta’ infezzjonijiet se jiżdied xi ftit.
Huwa żied jgħid iżda li ż-żieda f’daqqa ta’ każijiet hija xi ħaġa mhux tas-soltu meta mqabbla ma’ tifqiegħat tal-passat. Fil-fatt, kważi kuljum qed ifiġġ każ wieħed fir-Renju Unit.
Sadanittant, il-kapijiet tas-saħħa f’Kent assiguraw lir-residenti li m’hemm l-ebda raġuni għalxiex għandhom ikunu inkwetati, u żiedu jgħidu li n-nies li għandhom xi sinjali ta’ infezzjoni jeħtieġ li jaġixxu u jirrikorru malajr għall-kura.

