Sunday, December 22, 2024

Jitilgħu għal sitta l-missili ballistiċi sparati mill-Korea ta’ Fuq 

Aqra wkoll

Il-Korea ta’ Fuq sparat żewġ missili ballistiċi oħra matul il-jum tal-Ħamis, is-sitt tnedija projbita simili f’inqas minn ġimagħtejn.

Pyongyang nhar l-Erbgħa ddeskriva dan kollu bħala “miżuri biex jilqa’ għal eżerċizzji militari konġunti tal-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel.”

Nhar it-Tlieta, Pyongyang spara missila fuq il-Ġappun, li wasslet lill-Istati uniti sabiex issejjaħ laqgħa ta’ emerġenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Fil-laqgħa, l-Istati Uniti akkużaw lir-Russja u liċ-Ċina li kienu qed jipproteġu lit-Tramuntana minn sanzjonijiet aktar qawwija. 

L-Ambaxxatur Amerikan għan-Nazzjonijiet Uniti sostna li Moska u Beijing, billi opponew aktar sanzjonijiet, kienu taw lil Pyongyang aktar protezzjoni. Ir-rappreżentanti Ċiniżi u Russi qalu li żieda fid-djalogu huwa aħhar minn kastig. 

Ekonomija

Sport