Saturday, September 20, 2025

Jitilgħu l-poloz tar-rawnds finali tal-Malta FA Jubilee Cup

Aqra wkoll

Il-poloz tar-rawnds finali tal-Malta FA Jubilee Cup, appoġġjata minn Enemed, telgħu nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru 2025, bil-kompetizzjoni qed issir waħda iktar interessanti hekk kif it-timijiet resqin lejn il-finali.

Il-kompetizzjoni qed tiġi organizzata bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet relatati mal-125 anniversarju tal-Malta FA, bi klabbs mid-diviżjonijiet kollha, kif ukoll timijiet minn assoċjazzjonijiet membri oħra, jieħdu sehem.

POLOZ TAT-TIENI FAŻI TAL-JUBILEE CUP TAL-MALTA FA (IRĠIEL)

Matul ix-xahar li għadda, timijiet mill-BOV Amateur League, il-Gozo Football Association u l-assoċjazzjonijiet membri rispettivi ssieltu fl-Ewwel Fażi biex jiddeċiedu post fit-Tieni Fażi. Għad fadal tliet logħbiet mill-Grupp Gozo tal-Ewwel Fażi biex jiġu kkonfermati t-timijiet li se jidħlu fit-Tieni Fażi.

Il-poloz tat-Tieni Fażi saru mill-Manager tal-Football Operations tal-Malta FA Stewart Said, flimkien mas-CEO tal-Enemed Kevin Chircop, fis-Centenary Hall, Ta’ Qali.

Din il-fażi tal-kompetizzjoni se tara l-10 timijiet mill-Ewwel Fażi jingħaqdu ma’ klabbs mill-Premier League u l-BOV Challenge League.

L-ewwelnett, se jkun hemm Rawnd Preliminari fejn 12-il tim mill-10 timijiet tal-Ewwel Fażi u s-16-il tim tal-BOV Challenge League se jintlagħbu biex jiffaċċjaw lil xulxin u jnaqqsu dak in-numru għal sitta. Il-logħbiet tar-Rawnd Preliminari se jintlagħbu fl-1 u t-2 ta’ Ottubru 2025.

Dawn is-sitt timijiet imbagħad se jingħaqdu mal-bqija tat-timijiet tal-BOV Challenge League, kif ukoll mat-12-il tim tal-Premier League biex jikkompetu fir-Rawnd tat-32. Il-logħbiet tar-Rawnd tat-32 se jkunu fit-18 u d-19 ta’ Ottubru 2025, filwaqt li l-logħbiet tar-Rawnd tas-16 se jsiru fil-5 u s-6 ta’ Novembru 2025.

Il-poloz tat-Tieni Fażi tal-kompetizzjoni huma kif ġej:

Round Preliminari:

Fgura U. v Mtarfa

Veterans Malta v Birzebbugia SP

Zurrieq v Qormi

Kirkop U. v SK Vcitoria wanderers / Nadur Y.

Melita v Marsa

Mgarr U. v Gudja U.

MALTA FA JUBILEE CUP (NISA)

Dan is-sett ta’ poloz se jimmarka wkoll il-bidu tat-taqsima tan-Nisa tal-kompetizzjoni. Għall-poloz, Stewart Said ingħaqad mal-Ambaxxatriċi tal-Enemed, Clare Agius.

Għal din il-kompetizzjoni, se jieħdu sehem sitt timijiet mill-Assikura Women’s League, jiġifieri: Birkirkara FC, Hibernians FC, Mgarr United, San Gwann FC, Swieqi United, u Valletta FC.

Bħala riżultat, se jkun hemm Rawnd Preliminari fejn se jintgħażlu erba’ timijiet biex jilagħbu kontra xulxin. Ir-rebbieħa ta’ dawn iż-żewġ logħbiet se javvanzaw għas-Semi-Finali, bir-rebbieħa mbagħad jikkontestaw il-Finali fit-8 ta’ Diċembru 2025.

Il-poloz ta’ din il-kompetizzjoni huma kif ġej:

Round Preliminari

Swieqi U. v Valletta

Birkirkara v San Ġwann

Semi-Finali

Swieqi U. / Valletta v Mgarr U.

Hibernians v Birkirkara / San Ġwann

Finali

Rebbieħ Semi-Finali 1 v Rebbieħ Semi-Finali 2

Il-Malta FA ħabbret li Maltaball se tkun is-sieħba uffiċjali tal-media għall-Jubilee Cup tal-Malta FA, appoġġjata mill-Enemed.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport