Mas-suffara finali tal-logħba bejn Manchester City u Aston Villa kien hemm invażjoni tal-partitarji tas-City wara li dawru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 3-2 u b’hekk ġew dikjarati champions tal-Premier League Ingliż.
Il-goalkeeper internazzjonali Svediż ta’ Aston Villa, Robin Olsen, kien qed jagħmel id-debutt tiegħu mal-Villans u waqt li kien miexi lejn id-dressing fost dik il-konfużjoni, huwa ġie attakkat minn partitarji.
Peró, fuq il-media soċjali l-player ta’ 32 sena kiteb:
“Dawk l-idjoti li attakkawni mhux se joqtluli l-emozzjonijiet li kelli tal-wirja tiegħi.
“Kelli l-opportunitá li nagħmel id-debutt tiegħi għal dan il-club fantastiku u konna qrib li niksbu riżultat pożittiv kontra team qawwi.
Sadanittant, qed issir investigazzjoni biex jiġu identifikati l-ħatjin biex jittieħdu passi mill-FA Ingliża kif ukoll mill-awtoritajiet.