Sunday, December 22, 2024

Jitkompla d-diżgwid dwar l-ispeaker fil-Kamra tar-Rappreżentati Amerikana

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minkejja li l-maġġorparti tal-Kamra tar-Rappreżentanti kien miksub mir-Repubblikani, ir-Repubblikani u d-Demokratiċi ilhom jumejn għaddejjin bid-diżgwid sabiex jagħżlu min ser jieħu l-kariga ta’ speaker tal-kamra. Sfortunatament, s’issa ma sar l-ebda progress.

Din hija s-sitt darba li ppruvaw jagħżlu persuna għall-kariga ta’ speaker, iżda lkoll fallew milli jagħmlu dan.

Kienet fazzjoni fil-Partit Repubblikan li ħolqot dan id-diżgwid. Dan juri li dan il-Partit ma jridx tagħti s-sapport tiegħu lil Kevin McCarthy.

Jekk meta jintlaħaqx ftehim bejniethom, id-diżgwid ser jidħol għat-tielet jum. Dan kollu juri li dan id-diżgwid huwa l-itwal votazzjoni f’dan l-aħħar seklu sabiex sempliċiment jintgħażel speaker.

Ekonomija

Sport