Tuesday, December 24, 2024

Jitla’ għal 14 in-numru ta’ persuni mejta fl-għargħar tal-Malasja

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 14-il persuna tilfu ħajjithom filwaqt li għexieren ta’ eluf kellhom jitilqu minn djarhom kawża ta’ għargħar kbir li ħakem lill-Malasja. Dan kien l-agħar maltemp li laqat lil dan il-pajjiż f’dawn l-aħħar deċenji.

Tlett ijiem ta’ xita torrenzjali wasslu għal għargħar devastanti fi tmien stati fejn għadd ta’ djar spiċċaw mgħarrqa taħt l-ilma. Kienu bosta dawk li kkritikaw lill-gvern hekk kif skonthom ir-rispons ma kienx wieħed immedjat. 

Sfortunatament numru kbir ta’ persuni għadhom irrapportati nieqsa u għalhekk mhux esklus li l-għadd ta’ persuni mejta se jkompli jiżdied. Matul il-jum tat-Tnejn, 51,000 persuna kellhom jiġu evakwati minn djarhom bl-iktar żona milquta tkun dik ta’ Pahang. L-istat ta’ Selangor, li huwa wieħed popolat ħafna u huwa l-post fejn tinsab il-kapitali Kuala Lumpur, ukoll ġie mulqut ħafna f’dan il-maltemp. 

Uffiċjali tal-pajjiż qalu li huma qed jistennew li jkun hemm żieda sostanzjali fin-numru ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19 u dan hekk kif eluf ta’ persuni spiċċaw joqogħdu kollha flimkien ġewwa xelters imwaqqfin apposta. 

Ekonomija

Sport