Saturday, December 21, 2024

Jitla’ għal 90 in-numru ta’ persuni feruti f’terremot qawwi fil-Ġappun

Aqra wkoll

Żewġ persuni tilfu ħaj­jithom filwaqt li n-numru ta’ dawk feruti tela’ għal 90 fit-terremot qawwi ħafna li laqat lill-Ġappun nhar l-Erbgħa li għaddiet. Apparti hekk, xejn inqas minn żewġ miljun persuna spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku.  

It-terremot li kellu qawwa ta’ 7.3 laqat l-istess reġjun fejn 11-il sena ilu diżastru naturali ieħor kien ħoloq kriżi fl-impjant nukleari ta’ Fukushima. It-terremot tant kien qawwi li l-awtoritajiet qalu li f’ċertu żoni ta’ Tokjo n-nies lanqas setgħu joqogħdu bilwieqfa.Wara t-terremot inħassew numru ta’ theżżiżiet f’żoni ġewwa Fukushima, Miyagi u Yamagata. 

Il-Prim Ministru tal-Ġappun Fumio Kishida qal mal-ġurnalisti li l-gvern għadu qiegħed jeżamina l-ħsa­ra li saret filwaqt li s-servizzi tal-emerġenza qa­lu li kellhom influss kbir ta’ telefonati għall-għajnuna.

Ekonomija

Sport