Sewwieq ħelisha ħafif f’inċident tat-traffiku fi Ġnien Toni Vella fin-Naxxar. Dan hekk kif is-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip BMW, baqa’ dieħel fiċ-ċint tal-ġnien, bil-vettura tieqaf prekarjament fuq is-saqaf tal-latrina pubblika li tinsab fl-istess ġnien.
L-inċident seħħ ilbieraħ.
Fuq il-post marru immedjatament diversi uffiċjali tal-pulizija, madankollu b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.


