Albaniż ta’ 22 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq, tat-tip Renault Megane, u ħabat ġo ħajt.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-9.15 p.m. fi Triq Borġ, Għarib, Għajnsielem.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.