Dan is-sit jinsab informat li għall-ħabta tal-4.55pm seħħ inċident qrib iċ-ċimiterju ta’ Ħ’Attard.
L-ewwel indikazzjonijiet juru li sewwieq ta’ BMW tilef il-kontroll bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’siġra.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza biex jassistu lis-sewwieq li wara li nħareġ mill-vettura ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija ġew informati b’dan l-inċident u mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet tagħhom.

