Indjan ta’ 33 sena u residenti San Ġwann, għal xi s-7.00pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta, l-Imġarr.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef il-kontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.