Saturday, December 21, 2024

Jitlef il-kontroll tal-vettura u jibqa’ dieħel f’ħajt fiż-Żebbuġ Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena residenti Ħal Safi tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq u baqa’ dieħel f’ħajt fiż-Żebbuġ Għawdex. Mad-daqqa waqa’ parti mill-ħajt li hemm fl-istess triq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.20pm fi Triq l-Imgħallem qrib sew iċ-ċimiterju tal-istess lokalità. Fuq il-post kellhom jissejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex ir-raġel ikun jista’ jinħareġ mill-vettura.

Tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienu fuq il-post fi ftit ħin biex ikunu jistgħu jagħtu l-ewwel għajnuna lis-sewwieq, fejn wara ttieħed l-isptar għal aktar kura.

Jidher li r-raġel sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku filwaqt li l-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport