70% tal-proġett tal-bini tal-breakwater ġdid u faċilitajiet ġodda għall-passiġġieri tal-laneċ f’Buġibba jinsab lest. Dan ħabbritu Infrastructure Malta f’post li tella’ fuq il-midja soċjali.
Skont dak ippjanat, l-istruttura tal-breakwater, b’tul ta’ 180 metru, se ttaffi aktar il-mewġ fil-bajja, u jipprovdi iżjed kenn għad-dgħajjes tas-sajd u opri tal-baħar oħrajn żgħar.
Se jiġu provduti faċilitajietgħall-irmiġġ għal-laneċ tal-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport bil-baħar u pjattaformi aktar siguri għall-irmiġġ ta’ laneċ oħrajn tal-passiġġieri li jużaw l-istruttura eżistenti fis-sajf għal vjaġġar rikreattivi.
Dan il-proġett tant bżonnjuż għal din il-lokalità qed isir b’kofinanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.