Monday, December 30, 2024

Jitlesta r-restawr fuq it-Torri tal-Belvedere ta’ Ħal Lija

Aqra wkoll

It-Torri tal-Belvedere ta’ Ħal Lija reġa’ nġieb lura għal ġmiel estetiku tiegħu wara xogħol ta’ restawr li sar fuqu.  Dan sar b’investiment ta’ €140,000.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li dan kollhu huwa turija ċara dwar l-impenn tagħhom li jagħmlu minn Malta, żona turistika waħda.

Fl-1857, il-Markiż Depiro u l-familja tiegħu, ikkummissjonaw lill-perit Malti Giuseppe Bonavia biex jiddisinja u jibni dan it-Torri f’nofs il-ġonna li kienu jiffurmaw parti minn Villa Gourigon. 

It-Torri żamm postu meta nfetħet Triq il-ġdida – Transfiguration Avenue – fil-ħamsinijiet. 

Dan il-Belvedere, xogħol sabiħ fl-arti tal-bini li qabel kien magħluq ġo ġnien, issa meqjus binja ikonika fid-daħla tar-raħal ta’ Ħal Lija.

Ekonomija

Sport