Tuesday, December 24, 2024

Jitlesta x-xogħol ta’ restawr tal-Għajn ta’ Bendu fil-Fontana

Aqra wkoll

Ix-xogħol ta’ restawr tal-Għajn ta’ Bendu fil-Fontana sar kollu mit-Taqsima tar-Restawr tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan Ministeru għal Għawdex.

Il-proġett ta’ restawr tal-Għajn ta’ Bendu huwa sit storiku li jinsab proprju faċċata tal-Għajn il-Kbira fi Pjazza l-Għejjun, il-Fontana. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri inawgura x-xogħolijiet li saru flimkien mad-dDirettur għall-WIrt Kulturali fi ħdan il-Ministeru ta’ Għawdex John Xuereb.

Il-Ministru Camilleri stqarr li permezz ta’ proġetti bħal dawn juri kemm kull individwu għandu japprezza wirt li tħalla minn ġenerazzjonijiet oħra fil-passat. Huwa semma’ wkoll li ftit tal-ġimgħat ilu, iċ-Ċittadella rebħet premju tar-Regiostars.

Min-naħa tiegħu d-Direttur għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex spjega li s-sena l-oħra waqgħet parti mis-saqaf ta’ dan is-sit u bħala prekawzjoni ngħalaq minnufih għall-pubbliku.

Il-Ministru Clint Camilleri rringrazzja lill-ħaddiema kollha li ħadmu fuq dan ir-restawr filwaqt li temm jgħid li huwa kruċjali li nkomplu nieħdu ħsieb il-wirt kulturali tagħna li hu wieħed mir-raġunijiet prinċipali għaliex bosta viżitaturi jagħżlu li jqattgħu l-vaganzi tagħhom fil-gżira Għawdxija.

Ekonomija

Sport