Monday, April 13, 2026

Jitlestew il-11 u t-12-il triq minn 100 triq residenzjali ġdida mwiegħda għal Għawdex fi tliet snin – Triq il-Wied, ir-Rabat u Triq l-Emigranti, in-Nadur

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li tlestew ix-xogħlijiet fuq Triq il-Wied, ir-Rabat u Triq l-Emigranti, in-Nadur sabiex issa 12-il triq, mill-100 triq residenzjali ġdida mwiegħda għal Għawdex fit-tliet snin li ġejjin, huma lesti.

Il-Ministru Camilleri qal, “Qed nagħmlu dawn it-toroq kif wegħedna sabiex l-infrastruttura f’din il-gżira tkompli tissaħħaħ. It-tlestija ta’ dawn it-toroq tkompli twettaq il-wegħda tal-Gvern li nsaħħu l-infrastruttura f’Għawdex, filwaqt li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Qed niżguraw li t-toroq jitlestew b’infrastruttura moderna u sostenibbli, bl-impenn jibqa’ li nlestu l-100 triq residenzjali mwiegħda fi żmien tliet snin.”

Fi Triq il-Wied, ir-Rabat saru installazzjonijiet ta’ mains tal-ilma, tiswijiet fid-drenaġġ, u konnessjonijiet ġodda tas-servizz għad-djar mill-WSC sabiex wara din it-triq ingħatat it-tarmak. Sadanittant, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar biddel stormwater line li kien waqa’, aġġusta l-livelli l-ġodda tat-triq u temm ix-xogħlijiet tal-asfalt li kien fadal.

Fi Triq l-Emigranti, in-Nadur, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma wettqet xogħlijiet estensivi li jinkludu konnessjonijiet ġodda tad-djar, gravity sewer ġdid, kif ukoll pumping station ġdida b’infrastruttura moderna li ssostitwixxiet is-sistema qadima. Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar temm il-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ u għamel xogħlijiet ta’ livellar tat-triq u kanali tal-konkos sabiex finalment ingħata t-tarmak fuq medda ta’ madwar 1,000 metru kwadru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport